Tħobbu l-Kafè? Mela Qiegħed Tnaqqas ir-Riskju ta’ ….

 Tħobbu l-Kafè? Mela Qiegħed Tnaqqas ir-Riskju ta’ ….

Jekk int bħali u ma tistax tibda ġurnata mingħajr tazza kafè, għandna aħbar tajba għalik! Studju reċenti qed jissuġġerixxi li l-kaffeina tista’ tgħin biex tnaqqas ir-riskju ta’ marda ta’ Parkinsons. Għal darba, il-vizzju tal-kafè tagħna jista’ jkun qed jagħmel iktar ġid milli naħsbu!

Ir-riċerka sabet li persuni li jikkunsmaw il-kaffeina regolarment għandhom ċans inqas li jiżviluppaw il-marda ta’ Parkinson’s. Il-kaffeina, li hija stimulant naturali li nsibu fil-kafè u t- tè, u hija taffettwa pożittivament il-moħħ. Tista’ tgħin fil-produzzjoni ta’ ċerti kimiki li jipproteġu ċ-ċelloli tal-moħħ. 

Il-marda ta’ Parkinson’s hija kundizzjoni li tolqot il-movimenti tal-ġisem, u sfortunatkaffament m’għandhiex fejqan. Imma jekk inkomplu nirriċerkaw dwar ir-rabta bejn il-kaffeina u l-moħħ, jista’ jkun li nsibu modi kif nipprevjenuha jew nittrattawha aħjar fil-futur.

Il-mistoqsija kbira: kemm għandek tixrob? Għalkemm ir-riċerka ma tagħtix numru jew ammonti bl-eżatt. Naturalment, ħu kollox bil-moderazzjoni, ammont kbir ta’ kaffeina tista’ tkun ta’ ħsara għal qalb.

Persuni b’kundizzjonijiet tas-saħħa bħall-ansjetà jew problemi fil-pressjoni tad-demm għandhom joqogħdu attenti. Dejjem aħjar tikkonsulta lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com