Dan il-karru tal-karnival se jdaħħlek fid-dinja tal-ivvjaġġar fiż-żmien!
![Dan il-karru tal-karnival se jdaħħlek fid-dinja tal-ivvjaġġar fiż-żmien!](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2025/02/WhatsApp-Image-2025-02-11-at-13.39.39-850x560.jpeg)
Il-lejl li għadda, il-passat u l-futur iltaqgħu permezz tal-karru bl-isem ta’ The Time Flow! Il-karru ddisinjat minn Toto Perżuta Carnival Company żvelaw il-karru tagħhom għall-karnival ta’ din is-sena.
It-tema li għażlet din il-kumpanija tal-karnival għal din is-sena, “The Time Flow”, hija ffukata fuq il-passaġġ taż-żmien. Dan jibda fl-arloġġ impoġġi fil-għoli fuq il-karru li jissimbolizza l-bidla, u jkompli fil-kokka attenta, li tirrappreżenta l-ħarsa tas-soċjetà b’mod ġenerali.
Il-karru huwa maqsum f’żewġ dinjiet: dik tal-passat u dik tal-futur. Fuq in-naħa tal-passat, wieħed isib l-attrezzar steampunk. Fuq in-naħa tal-futur hemm disinn futuristiku u spazjali. Il-karru għandu wkoll sorpriża oħra hekk kif il-personaġġ prinċipali huwa ħadd aktar ħlief Joseph Armani, DJ pijunier Malti bħala rappreżentanza tal-passat, u t-tifel tiegħu Denzel Jo Armani, bħala l-ħoss rappreżentanti tal-futur.
Allura min huma l-imħuħ wara din il-kreattivita? Roderick magħruf bħala t-Toto u Raymond magħruf bħala l-Perżuta, għal darboħra tefgħu moħħhom u qalbhom fil-karru tal-karnival. Dan bil-għan li jferrħu lil dawk kollha li flimkien magħhom ser igawdu l-karnival għal din is-sena.
Narawkom il-Belt!