Il-grupp Malti Klikki b’kanzunetta ġdida ta’ stil retro-disco: Żmien Ieħor

 Il-grupp Malti Klikki b’kanzunetta ġdida ta’ stil retro-disco: Żmien Ieħor

Il-grupp mużikali Malti Klikka għadu kemm ħareġ kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Żmien Ieħor”. Dan wara d-debutt tat-trio fil-festival tal-Għanja tal-Poplu 2024 bil-kanzunetta “Jien Min Jien”. 

Il-grupp Klikka huwa trio li ġie ffurmat fl-2023 minn tliet iħbieb li ħolmu bi proġett mużikali għall-festival lokali tal-kanzunetta Maltija. L-isem tal-grupp jirrifletti l-ħbiberija ta’ dawn it-tliet persuni: Renato Vella, Steve Camilleri u Malcolm Camilleri, li ilhom jikkollaboraw flimkien għal dawn l-aħħar 25 sena fi proġetti teatrali u mużikali.

Il-kanzunetta l-ġdida bl-isem ta’ “Żmien Ieħor” ħarġet l-Erbgħa 19 ta’ Frar fuq il-pjattaformi kollha onlajn, inkluż anke filmat mużikali. B’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Philip Vella, żewġ pilastri tal-mużika lokali, il-kanzunetta ġdida tal-grupp intlaqgħet sew mill-pubbliku kemm minħabba l-istil retro-disco tagħha, kif ukoll għall-fatt li l-lirika tagħha tirrakkonta ż-żogħżija ta’ dawn it-tliet iħbieb. 

L-istil mużikali tal-grupp huwa wieħed li jħalli spazju lil kull membru jesprimi lilu nniffsu, b’mod partikolari x-xewqa li jaqsam emozzjonijiet pożittivi u ta’ ferħ bil-mużika li jipproduċi. Isma’ l-kanzunetta sħiħ u ara l-filmat mużikali minn hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com