Xokk Għall-Aħbar Tal-Mewt Tal-Artist Ed Schembri
Ħafna qed jesprimu xokk kbir wara li tħabbret il-mewt għall-għarrieda tal-artist Ed Schembri.
Kienu ħafna li hekk kif semgħu l-aħbar kitbu fuq il-midja soċjali biex ifakkru lil dan l-artist Malti. Bjorn Formosa mill-fondazzjoni ALS kiteb li jinsab ixxukkjat waqt li qasam ritratt tiegħu mal-artist li kien ta’ sikwit jagħti l-arti tiegħu bħala donazzjoni lill-fondazzjoni ALS.
Kiteb ukoll Peter Carbonaro u spjega li kien jieħu gost jitkellem miegħu dwar l-arti u kollox.
Dan kien l-aħħar ritratt li ppubblika fuq facebook il-pittur Ed Schembri, ħamest’ijiem ilu u wisq probabbli l-aħħar pittura li għamel.