l-Iktar Kelma Li Qiegħda Tintuża F’Dawn Iż-Żminijiet…

 l-Iktar Kelma Li Qiegħda Tintuża F’Dawn Iż-Żminijiet…

X’inhi l-iktar kelma li qiegħda tintuża l-aktar minn mindu feġġ dan il-famuż vajrus tal-Covid-19?

L-iktar kelma li hi miktuba u mitkellma b’mod inkorrett u ġġiegħel lil min iħobb il-lingwa Maltija tiqaflu qalbu, hija ‘maskra’.

Il-kelma ‘maskra’ ġejja mill-lingwa Taljana ‘maschera’, u d-dizzjunarju Malti / Ingliż ta’ Joseph Aquilina jikkonfermalna li hekk għandha tinkiteb, u mhux kif ħafna jiktbuha ‘maskla’.

Bħalma ma nistgħux ninsewha warajna meta noħorġu, tajjeb li ma ninsewx il-mod korrett ta’ kif tingħad u tinkiteb!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com