“Ikkanċellaw L-Ikliet Tal-Milied!” – Prof Charmaine Gauci
Illum, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet bl-aġġornamenti b’relazzjoni mal-Covid-19, il-Profs Charmaine Gauci appellat sabiex ma jiġux organizzati ikliet tal-Milied u sabiex min diġà organizza jikkanċella kollox.
Hija qalet li se tkun qed tqatta’ l-Milied ma’ żewġha u binha, minħabba li huma t-tlieta jgħixu fl-istess dar.
Minkejja li din hija sitwazzjoni ta’ għafsa ta’ qalb, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed tagħmel dan l-appell għall-protezzjoni ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fostna.