L-Għawdxi Li Kien Magħruf Li Jfejjaq…

 L-Għawdxi Li Kien Magħruf Li Jfejjaq…

Franġisku Saverju Mercieca magħruf bħala Frenċ tal-Għarb twieled bħal-lum fl-1892 fl-Għarb, Għawdex.

Kien bniedem magħruf mal-Maltin u l-Għawdxin għax fih kienu jsibu l-fejqan spiritwali u materjali tagħhom. Kien fost l-ewwel membri attivi tal-Azzjoni Kattolika fir-raħal tiegħu.

Mercieca ħadem biex inbena Santwarju lill-Madonna ta’ Pinu; li kien devot kbir tagħha. Frenċ tal-Għarb miet fid-19 ta’ Mejju tal-1967.

Sal-lum, bosta għadhom isibu l-kenn u l-faraġ tagħhom fih u ħafna huma dawk, li meta jżuru l-gżira Għawdxija, iżuru l-post fejn kien jgħix.

Ritratt: knisja.mt

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com