Bil-Filmat: Id-Direttur Tal-Ħabs Jgħid Li “M’hemmx Siġġu Tal-Kastig” Fil-Ħabs, Iżda Ma Jiċħadtx Li Qatt Intuża

 Bil-Filmat: Id-Direttur Tal-Ħabs Jgħid Li “M’hemmx Siġġu Tal-Kastig” Fil-Ħabs, Iżda Ma Jiċħadtx Li Qatt Intuża

Id-Direttur kontroversjali tal-Ħabs Alex Dalli f’intervista ma’ Mark Laurence Zammit fil-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa kien mistoqsi diversi mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Ħabs.

Wara rapporti li fil-Ħabs intuża siġġu tal-kastig, u wara li l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri kkonferma li ntuża darba biss, id-Direttur tal-ħabs ilbieraħ qal li “m’hemmx siġġu tal-kastig” iżda evita li jikkonferma jekk intużax jew le.

Meta mistoqsi dwar xhieda ta’ priġunier fil-Qorti li xtaq jiżżewweġ fil-Ħabs, fejn dan il-priġunier xehed li d-Direttur tal-Ħabs qallu “Kemm indum hawn jien qatt mhu ser tiżżewweġ, Għid Thank you lil Avukat u lill-Għarusa tiegħek”, Id-Direttur Alex Dalli ma ċaħadtx u waqt li qal li mhux ser jitkellem dwar każi individwali, żied jgħid li ma jaċċettax żwieġ ta’ konvenjenza.

Fl-intervista d-Direttur tal-Ħabs kien mistoqsi dwar id-droga fil-ħabs, li naqqset b’mod drastiku taħt it-tmexxija tas-Sur Dalli u dwar l-imwiet fil-ħabs. Id-Direttur spjega li hemm numru ta’ inkjesti mhux konklużi u għaldaqstant ma jistax jitkellem dwar dawn il-każi.

Fil-programm tkelmet ukoll mara ta’ priġunier dwar il-ħmieġ fil-ħabs, kif ir-raġel tpoġġa f’kamra ma’ nies bil-Covid u li jorqod fuq saqqu mxarrab fost ohrajn, bid-Direttur tal-Ħabs ma  kkummentax dwar il-każ iżda ċaħad il-kummenti tal-mara.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/427075728448903

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/148163103707757

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com