Tammetti Li Mhux Veru Li L-Pulizija Sawtu Lil Binha U Titlobhom Skuża

 Tammetti Li Mhux Veru Li L-Pulizija Sawtu Lil Binha U Titlobhom Skuża

Simone Camilleri ammettiet pubblikament li l-verżjoni li tat jumejn ilu fejn allegat li l-pulizija sawtu lil binha Paceville għax ma kienx liebes il-maskla kienet inveritiera.

Camilleri ammettiet dan fuq il-profil tagħha ta’ Facebook dalgħodu.

Hija kitbet: “Nixtieq nitlob apoloġija lill-Korp tal-Pulizija fejn mill-ħidma u mill-investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-verżjoni li xerridt jien hi differenti. Għalhekk minn hawn nitlob skuża lill-Pulizija, qalet Camilleri waqt li ppubblikat l-istess ritratt ta’ binha fuq is-sodda.

L-ammissjoni ta’ Camilleri wasslet għal reazzjoni minn bosta b’mod partikolari fil-konfront tal-midja bl-Ingliż fejn kienu huma minn tal-ewwel li qabdu u ppubblikaw bl-addoċċ il-verżjoni tal-omm mingħajr lanqas biss ivverifikaw mal-Pulizija dak li seħħ.

“Mhux ta’ b’xejn li skont l-aħħar stħarriġ tal-Eurobarometer, il-fiduċja tal-poplu Malti fil-mezzi ta’ komunikazzjoni tinsab fl-agħar livelli tagħha”, ikkummenta osservatur tal-midja f’Malta.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com