Il-UN Tneħħi l-Kannabis Mil-Lista Tal-Aktar Drogi Perikolużi
Wara rakkomandazzjoni mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drogi vvotat biex il-kannabis titneħħa mil-lista tal-aktar drogi perikolużi.
Sa qabel din id-deċiżjoni l-kannabis kienet fl-istess livell ta’ drogi bħall-eroina, kokaina, l-methadone u l-morfina.
B’hekk din id-deċiżjoni issa tista’ twassal biex jikber l-interess fir-riċerka u l-użu mediku tal-kannabis madwar id-dinja.