“Ikkastigani Għax Iddefendejt Il-Kulur Tal-Ġilda Tiegħi… Jien Iswed U Kburi”

 “Ikkastigani Għax Iddefendejt Il-Kulur Tal-Ġilda Tiegħi… Jien Iswed U Kburi”

Il-plejer ta’ Birkirkira Paul Mbong safa mkeċċi mil-logħba li t-tim tal-futbol Karkarkiż kien qed jilgħab kontra l-Isla wara li allegatament spiċċa insultentat bil-ġilda tal-kulur tiegħu.

Waqt li talab skuża lil sħabu tat-team ta’ Birkirkirkara, Mbong ta l-verżjoni tiegħu tal-fatti u x’wassal biex ir-referee jagħtih il-karta l-ħamra.

“Illum spiċċajt ikkastigat għax iddefendejt il-kulur tal-ġilda tiegħi. Il-persuna li qal dan id-diskors kontra tiegħi, għandu għalxiex jistħi. Ninsabu fis-sena 2020 u għadna nisimgħu dan id-diskors razzjali. Jien raġel iswed u kburi. Naf li messni rreaġixxejt b’mod differenti iżda dak il-ħin meta tisma’ dak il-kliem ħiereġ minn ħalq persuna mhux sabiħ”, qal Mbong waqt li stqarr li jinsab ċert li se jimmatura minn dawn is-sitwazzjonijiet.

Id-dikjarazzjoni tal-plejer Karkariż wasslet għal bosta reazzjonijiet mhux biss minn partitarji tat-team ta’ Birkirkirkara iżda wkoll ta’ bosta segwaċi tal-futbol Malti li wrew solidarjetà sħiħa ma’ Mbong.

Sostnew li jekk hemm persuna li kellu jitkeċċa mil-logħba kien il-plejer ta’ Tarxien għall-allegat kummenti razzjali li għadda fil-konfront ta’ Mbong. Qalu li l-assoċjazzjonijiet tal-futbol jippriedtkaw ħafna kontra l-mibegħda razzjali iżda meta niġu fil-prattika kollox jibqa’ kif inhu.

Bosta appellaw ukoll lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, biex tinvestiga dan il-każ bil-għan li tibgħat sinjal b’saħħtu li f’soċjetà demokratika bħal tagħna, dawn it-tip ta’ kummenti inkluż fl-isport mhux aċċettabbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com