Tiżdied Il-Lista Oranġjo Tal-Passiġġieri Lejn Malta
L-Awtoritajiet tas-Saħħa estendew dik li qed tissejjaħ ‘amber list’ ta’ pajjiżi li malli jaslu f’Malta jridu jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19.
Wasliet minn Ruma u reġjuni oħra fl-Italja ġew inklużi fil-grupp ta’ vjaġġaturi li jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ test li jrid ikun sar sa 72 siegħa qabel jasal f’Malta.
Jekk dan ma jkunx ippreżentat, il-persuni jistgħu jkunu mitluba jagħmlu test jew inkella kwarantina.
Il-lista kollha bħalissa tinkludi:
Awstrija,
Belġju,
Bulgarija, Repubblika Ċeka,
Franza,
Ġermanja,
Ungerija,
Irlanda,
L-Italja (Milan, Ruma, Bolonja, Napli, Peruġa, Pescara, Pisa, Trieste, Turin u Venezja)
Lussemburgu,
Olanda,
Polonja,
Portugal,
Spanja,
Svizzera,
Tuneżija,
L-Ingilterra (Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle, Nottingham)
Ritratt: Acko