Tixrobx Dan il-Kafe Minħabba Residwi Ta’ Deterġent
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jgħarraf lill-pubbliku biex ma jikkonsmax dan il-prodott tan-Nescafe minħabba l-possibbiltaà li jista’ jkun fih residwi ta’ deterġent li jintuża waqt il-produzzjoni biex jinħaslu l-kontenituri qabel jimtlew.
Dan qed jikkawża togħma ħażina fil-prodott.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected].