L-20 Edizzjoni Tat-Tazza Tal-President
Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru fil-Korsa tal-Marsa ser issir l-20 edizzjoni tat-Tazza tal-President li din is-sena għandha s-sostenn finanzjarju tal-kumpanija Universal Cement. Din is-sena l-parteċipazzjoni kienet waħda tajba ferm u filfatt 44 żiemel nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru ħadu sehem f’4 heats li minnhom 24 żiemel ikkwalifikaw għaż-żewġ semi finali li saru nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru.
Kif kien mistenni dawn iż-żewġ semi finali kienu kkumbattuti ferm hekk kif kienu biss l-ewwel sitta li għaddew għall-finali. Għal din il-finali ma’ titlax polza iżda n-numri li bihom jitilqu ż-żwiemel wara l-karozza huma magħżula mis-sidien stess għalhekk importanti li fis-semi finali kulħadd ikollu l-aqwa prestazzjoni sabiex ikunu minn ta’ l-ewwel biex jagħżlu.
L-edizzjoni ta’ din is-sena hija waħda straordinarja hekk kif se tkun qed issir mingħajr spettaturi meta s-soltu din tkun okkażjoni ta’ festa għall-familja kollha. Madanakollu ż-żwiemel xorta se jkunu qed joħorġu parata qabel it-tiġrija bl-għotjien mogħtija lilhom għal ta’ l-apposta.
It-total ta’ premjijiet li se jitqassmu f’din il-finali huwa ta’ €3600 u l-ewwel ħames t’iżwiemel se jingħataw trofew. Iż-żiemel rebbieħ jingħata wkoll għata ta’ l-okkażjoni filwaqt li s-sid jiġi ppreżentat bit-trofew ikkumisjunat mill-E.T. President Emeritus George Abela xogħol l-artist Malti George Muscat.
Fil-preżenza tal-membru tal-Kunsill tal-Malta Racing Club Joe Zerafa u Mark Mifsud Financial Controller ta’ Universal Cement is-sidien għażlu dawn in-numri:
1. ZACK’S ZOOMER (Noel Baldacchino)
2. OUTPUT PRESSURE (Clint Vassallo)
3. DUKE OF MEARAS (Ludvic Ghigo)
4. BALTHAZAR MAZA (Caillin Borg)
5. NAVAJ BRODDA (Charles Camilleri)
6. SIR Q.C. (Mario Fenech)
7. CORKY RAMIREZ (Paul Galea)
8. JOE HOO LEE (Tony Demanuele)
9. EURYTHMIC SISU (Kevin Sciberras)
10. LIAM DANA (Michael Ellul)
11. EAGLE B.BUTCHER (Jesmar Gafa’)
12. JULIO DE LUXE (Rodney Gatt)
Ritratt: Malta Racing Club