Bil-Filmat: “Rajt F’Għajnejn Il-Priġunieri X-Xewqa Li Jtejbu Lilhom Infushom” – Il-Kardinal Mario Grech
Din il-ġimgħa l-Cardinal Mario Grech żar lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huwa qal li l-bniedem dgħajjef u għalhekk suxxettibbli li jiżbalja u b’hekk hija ħaġa tajba li n-nazzjon tagħna jipprovdilna l-mezzi biex nikkoregu lilna nfusna u nkomplu nikbru. Il-Cardinal Grech saħaq li ra “f’għajnejn il-priġunieri x-xewqa li jtejbu lilhom infushom u jikkontribwixxu għas-soċjetà”.
Huwa qal ukoll li qabel telaq minn Ruma kellu laqgħa mal-Papa fejn qallu li kien se jkun qed jagħmel din iż-żjara, filwaqt li l-Papa qallu sabiex iwassal il-barka tiegħu lil din id-dar.
Il-Ministru għall-Intern u S-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal li matul din il-laqgħa l-priġunieri mhux biss kellhom iċ-ċans li jisimgħu quddiesa mqaddsa mill-Cardinal Grech iżda kellhom iċ-ċans jitkellmu miegħu. “Kellna ċ-ċans nitkellmu dwar dak li qed isir f’din il-faċilità u dwar kif bi ħsiebna ntejjbu l-affarijiet”, qal l-Onorevoli Camilleri.