Kif Tista’ Ma Tidħolx Fl-Ispirtu Tal-Milied Jekk Iżżur Il-Belt Valletta?!
Ilbieraħ u llum il-Ħadd 13 ta’ Diċembru se jsir wiri tal-films popolari tal-Milied Joyeux Noël u Polar Express, fis-Suq tal-Belt (it-Tieni Sular).
Se jsiru wkoll prestazzjonijiet bil-pupazzi se jittellgħu it-Tlieta 15 u l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru. Gruppi mużikali varji jistgħu jitgawdew minn min ikun qed jixtri, familji u individwi fil-ġranet l-oħra kollha.
Sadanittant, Ittanta Ktieb tibqa’ attrazzjoni favorita mat-tfal u l-kbar hekk kif jieħdu ktieb imkebbeb bħala rigal mill-kabini tat-telefonija.
Is-Siġra tal-Milied, id-dwal u l-projezzjonijiet jistgħu jitgawdew sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. Spiss qed naġġornawkom bl-attivitajiet kollha li qed isiru fil-Kapitali Maltija din is-sena, b’differenza. Milied li xorta waħda jista’ jkun iċċelebrat bil-prekawzzjonijiet kollha mitlub imma l-Milied, hekk ma jmut qatt!
Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-Covid-19, il-postijiet għandhom jiġu riżervati b’email fuq [email protected]. Il-bilijetti huma bla ħlas.
Ritratti: Darren Agius