Ħames Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19
Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 66 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fil-ħames każ, anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke f’dawn il-ġranet ta’ festi nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.