Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Aggredit f’Birkirkara

 Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Aggredit f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 21 sena ndarab gravi wara li qala’ xebgħa f’Birkirkara.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija, meta l-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq l-Għabex, Birkirkara. Il-Pulizija marret fuq il-post u f’daħla ta’ garaxxijiet, instab raġel bi ġrieħi fuqu.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-vittma, li huwa ġie aggredit minn xi persuni li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com