Tliet Anzjani Ta’ Bejn Is-86 u D-99 Sena Jmutu Bil-Covid-19

 Tliet Anzjani Ta’ Bejn Is-86 u D-99  Sena Jmutu Bil-Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa tliet anzjani ta’ bejn is-86 u d-99 sena mietu pożittivi bil-Covid-19.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-saħħa qal li fl-ewwel każ anzjana ta’ 99 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-8 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-9 ta’ Diċembru, mietet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 86 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com