Il-Ġimgħa D-Dieħla Se Tidher L-Istilla Ta’ Betlehem Li Dehret L-Aħħar Fl-1226!
L-istilla tal-Milied, għaliex hekk ħafna jsejħulha minħabba tradizzjoni, il-ġimgħa d-dieħla se tixgħel l-iljieli hekk kif il-pjaneti Saturnu u Ġovè ser ikunu qrib xulxin. Imma din hija l-istilla li dehret meta twieled Ġesù ‘il fuq minn 2,000 sena ilu?
Hija l-mistoqsija li tqum awtomatikament. Jidher li dan il-fenomenu se jseħħ nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru f’dik li tissejjaħ ‘Great Conjunction’ meta l-pjaneti jkunu verament kważi jmissu ma’ xulxin u din ilha ma tiġri madwar 800 sena. B’hekk, peress li jkunu daqstant viċin, jidhru qishom ħaġa waħda u jarmu dija qawwija.
Il-konjugazzjoni ssir meta żewġ pjattaformi astronomiċi jiltaqgħu f’koppla ċelestjali. L-Aktar darba li din il-konjugazzjoni kienet viċin kien fl-1623 u l-aktar waħda li kien osservata kien fl-1226.
Interessanti hux?! Żgur li dawk li għandhom għal qalbhom l-istudju dwar l-univers, ser ikollhom spettaklu biex jieħdu gost.
Ritratt: express.co.uk