Chris Said Jgħid Li L-Gvern “Inkompetenti” Wara Li Waqqaf It-Titjiriet Mir-Renju Unit
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said sejjaħ lill-Gvern inkompetenti wara li dalgħodu ħabbar li waqqaf it-titjiriet kollha mir-Renju Unit.
Dalgħodu l-Gvern ħabbar li kien qiegħed iwaqqaf it-titjiriet kollha mir-Renju Unit wara li nstab varjant ġdid tal-Covid-19.
Min-naħa tiegħu, Chris Said għamel referenza għad-diskors li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela fejn qal li mis-26 ta’ Diċembru, il-ħajja se tibda ġejja lura għan-normal hekk kif tasal f’pajjiżna l-ewwel konsenja tal-vaccini kontra l-Covid-19.
Chris Said qal li f’Diċembru biss mietu 57 persuna bil-Covid-19 u fl-aħħar 24 siegħa mietu erba’ persuni oħra.
“Dalgħodu jingħalqu t-titjiriet kollha għar-Renju Unit. INKOMPETENTI”, temm jgħid b’ittri kbar Chris Said.