Bħal-Lum Twieldet Charmaine Gauci – L-Aktar Mara Popolari Fis-Sena 2020
Bħal-lum twieldet il-Professur Charmaine Gauci; l-aktar mara popolari f’din is-sena. Lill-Professur Gauci bdejna narawha ta’ kuljum f’aġġornamenti fuq l-istazzjonijiet Maltin dwar il-pandemija tal-Covid-19.
Mara umli u li impressjonat lil kulħadd bil-mod kalm u preċiż li twassal l-aħbarijiet biex filwaqt li kienet tħeġġeġ lill-pubbliku jobdi d-direttivi, ma tippannikjax lill-persuni li jsegwu.
Dan kien mod tassew li għen lil ħafna f’mumenti li ma kinux faċli għal kulħadd.
Il-Professur Charmiane Gauci hija s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u f’Jum ir-Repubblika, ġiet onorata bil-grad ta’ Uffiċjal fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu; liema unur iddedikatu lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur tas-Saħħa Pubblika; il-front liners, il-familji u l-pazjenti kollha.
Awguri u grazzi Prof. Gauci.