Jidħlu Għax-Xogħol L-Għada Tal-Milied Biex Ilestu l-Proġett Tal-Marsa

 Jidħlu Għax-Xogħol L-Għada Tal-Milied Biex Ilestu l-Proġett Tal-Marsa

Għal għexieren ta’ ħaddiema li għal dawn l-aħħar tliet snin kienu għaddejjin b’ħidmiethom fuq il-proġett tal-flyovers tal-Marsa ftit li xejn kien hemm Ħdud u festi.

Kull min jgħaddi minn din iż-żona, waħda mill-aktar traffikuża f’pajjiżna, seta’ jinnota li f’dawn l-aħħar tliet snin, il-ħaddiema ma waqfux mix-xogħol tagħhom, kemm f’xemx taqli l-ankri u kemm f’kesħa xxoqq il-għadam.

Fl-aħħar sigħat, wara jum il-Milied, il-ħaddiema reġgħu fuq il-lant tax-xogħol bil-għan li sal-aħħar tas-sena jtemmu dan il-proġett li għandu l-għan li jkompli jtejbilna l-kwalità ta’ ħajjitna.

Minn hawn nieħdu l-okkażjoni biex nawgurawlhom l-festi t-tajba u nirringrazzjawhom tas-sagrifiċċji li għamlu biex ilestu fil-ħin dan il-proġett ambizzjuż.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com