Raġel Arrestat F’Inħawhi Tal-Imsida B’Mandat Ta’ Arrest Ewropew

 Raġel Arrestat F’Inħawhi Tal-Imsida B’Mandat Ta’ Arrest Ewropew

Il-pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, dalgħodu arrestaw raġel Unġeriż ta’ 60 sena, li kien imfittex mill-Awtoritajiet Ungeriżi sabiex jiskonta sentenza ta’ 4 snin priġunerija b’rabta ma’ serq aggravat.

Ir-raġel kien ħarab lill-awtoritajiet Ungeriżi qabel ma’ beda jiskonta s-sentenza u sar magħruf li kien ivvjaġġa lejn Malta.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija Maltija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Ungeriżi arrestat lir-raġel fl-inħawi tal-Imsida. Hu mistenni li jitressaq il-Qorti għada biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com