Ħassrilha L-Kirja Tal-Farmhouse Ħabba L-Covid U Ndunat Li Krieha Bi prezz Doppju!

 Ħassrilha L-Kirja Tal-Farmhouse Ħabba L-Covid U Ndunat Li Krieha Bi prezz Doppju!

Persuna li kellmitna u li xtaqet tibqa’ anonima qaltilna b’episodju li għaddiet minnu fl-aħħar tas-sena. Tenniet magħna li ilha tikri l-istess farmhouse f’Għawdex għal madwar 10 snin.

Ftit jiem qabel temmet is-sena, is-sid tal-farmhouse ċemplilha u qalilha li kontra qalbu se jkollu jħassar il-ftehim minħabba l-biża’ tal-Covid-19 u li ma riedx jikkontribwixxi għall-ġenn li jista’ jinħoloq.

Mal-1 tas-sena, ikunu bosta li jtellgħu ritratt u l-mara, mill-ewwel lemħet din l-istess farmhouse li wara 10 snin iżżurha, saħansitra anke fis-sajf, tafha b’għajnejha magħluqa.

Kellmet lill-persuni li tellgħu r-ritratt tabiruħha xtaqet tikri u d-dettalji li tawha kienu tal-istess sid li mingħandu kienet tikri.

Ġara li l-kirja tan-nies li gawdew il-farmhouse din is-sena kien id-doppju tal-kirja tas-soltu!

(Tajjeb li ma nitfgħux lil kulħadd f’keffa waħda. Hemm bosta persuni bil-farmhouses li jżommu l-irġulija tagħhom u anke f’din is-sena tal-pandemija, raħħsu l-kirjiet tagħhom ukoll, imma tajjeb ukoll li noħolqu kuxjenza dawr dak li jiġri fl-istess ħin.)

 

Ritratt: https://www.workaway.info/

Nota: Il-farmhouse li tidher fir-ritratt tinsab fi Sqallija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com