Malta Tiġi l-Ewwel f’ Kompetizzjoni tal-Fotografika Ġewwa L-Iskozja

 Malta Tiġi l-Ewwel f’ Kompetizzjoni tal-Fotografika Ġewwa L-Iskozja
Hekk kif kulħadd kien qed jara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena, mijiet ta’ Artisti Digitali minn madwar l-Ewropa kollha nġabru virtwalment biex jiċċelebraw Hogmanay; avveniment tal-aħħar jum tas-sena sinonimu maċ-ċelebrazzjoni tas-Sena l-Ġdida.
Wieħed minn dawn kien l-artist diġitali lokali, Noel Baldacchino. Aktar magħruf internazzjonalment taħt l-isem artistiku “Mop”, Noel rebaħ il-kompetizzjoni tal-fotografija imtella mil-Hogmanay Digital Arts. Din is-sena, minħabba r-regolamenti tal-pandemija, dan l-avveniment tal-arti digitali sar virtwalment fir-Renju Unit.
Artisti diġitali ta’ kull età kkompetew fil-grafika, fotografija, animazzjoni u anke mużika. Kompjuters moderni u Retro mis-snin disgħin intużaw bħala pjattaformi biex iwasslu arti u xbihat diġitali maħluqa matul l-2020. Din is-sena, Noel ipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-fotografija u ħareġ ir-rebbieħ b’ritratt li jissimbolizza l-aħħar minuti tas-sena.
Naħseb li kulħadd jaqbel li din kienet sena wisq differenti, fejn inbidel l-stil ta’ ħajja ta’ bosta nies. Ħafna xtaqu li setgħu jonfħu u jitfu l-pandemija bħas-sulfarina u kollox jispiċċa hemm. Dan kollu jidher rifless sew f’dan ir-ritratt simboliku, li kurjużament hu intitolat “LIGHTS OUT“. Fil-fatt, il-fotografu rnexxielu jaqbad dettal tas-sulfarina li impossibbli narawha b’għajnejna mingħajr l-użu ta ‘lenti.

X’taħseb dwar ir-ritratt rebbieħ? Awguri Mop!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com