Żewġ Anzjani Jmutu Pożittivi Għall-COVID-19
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa, żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Jannar, mietet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.