Fl-2020 Żdiedu L-Imwiet Ikkawżati Minn Tiġrif Ta’ Ajruplani

 Fl-2020 Żdiedu L-Imwiet Ikkawżati Minn Tiġrif Ta’ Ajruplani

Minkejja li matul is-sena 2020 eluf ta’ titjiriet ġew ikkanċellati, l-istatistika turi li xorta waħda l-ammont ta’ persuni li tilfu ħajjithom kważa ta’ tiġrif ta’ ajurplani kummerċjali żdied.

Filwaqt li fl-2019, madwar id-dinja, kien 257 in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom minħabba tiġrif ta’ ajruplani waqt titjiriet kummerċjali, fl-2020 in-numru ta’ vittmi tela’ għal 299.

Din l-istatistika nħarġet mill-kumpanija ta’ konsultazzjoni tal-avjazzjoni To70. Il-figuri maħruġa minn To70 għas-sena 2020 jinkludu titjira tal-linja tal-ajru internazzjoni tal-Ukraina, li bħal dan iż-żmien sena kienet ħalliet 176 persuna mejta wara li l-forzi armati Iranjani sparaw lejn dan l-ajruplan li konsegwentement iġġarraf.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com