Jilqgħu L-Posponiment Tal-Vouchers Tal-€100 Mill-Gvern

 Jilqgħu L-Posponiment Tal-Vouchers Tal-€100 Mill-Gvern

Għadd ta’ għaqdiet li jirrappreżentaw in-negozju laqgħu d-deċiżjoni tal-Gvern li l-vawċers jingħataw wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u meta jkunu fetħu l-barijiet u l-każini.

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) fissret id-deċiżjoni tal-Gvern li jipposponi l-ħruġ tal-vawċers bħala għaqlija.
Żiedet li l-iskop għandu jkun li jkunu protetti l-klijenti u li jkunu evitati iktar żidiet fil-każi ta’ Covid-19, u hekk ikun żgurat li ma jittiħdux miżuri oħra ta’ mitigazzjoni.

L-assoċjazzjoni ħeġġet lill-membri tagħha biex ikomplu josservaw il-protokolli mitluba għall-ġid komuni.

Id-deċiżjoni tal-Gvern kienet milqugħ wkoll mill-Kamra ta-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija.

Il-Kamra qalet li l-pożizzjoni li kull deċiżjoni li tittieħed mill-Gvern għandha tkun fl-interess tas-saħħa pubblika, u stqarret li minkejja li ħafna operaturi qed jistennew il-vouchers bil-ħerqa biex jieħdu spinta, is-sigurtà pubblika għandha tingħata preċedenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com