Jitħassar Il-Karnival Spontanju Tan-Nadur

 Jitħassar Il-Karnival Spontanju Tan-Nadur

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur ħabbar li ħassar il-Karnival spontanju tan-Nadur.

Fi stqarrija ngħad li l-kunsill mhu se jorganizza l-ebda attività tal-massa jew li tiġbor fiha xi gruppi ta’ nies flimkien matul il-jiem tal-Karnival tal-2021.

Barra minn hekk ingħad li l-Kunsill mhu se jagħti ebda permessi relatati sabiex xi entità jew gruppi jorganizzaw xi attività għall-massa fil-karnival.

Il-Kunsill żied jgħid li peress li l-Karnival fin-Nadur huwa wkoll spontanju, il-Kunsill insista li ħadd m’għandu juża din bħala skuża sabiex jiltaqa’ jew ilaqqa’ gruppi ta’ nies fin-Nadur, u l-Kunsill huwa kommess li jekk ikun bżonn jirrapporta lill-forzi tal-ordni sabiex jara li tinżamm l-ordni u ma tinkiser l-ebda liġi jew direttiva tal-awtoritajiet tas-saħħa.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com