Żagħżugħ B’Dixxendenza Maltija Jitlef Ħajtu F’Inċident Tat-Traffiku Fl-Awstralja
Samuel Bartolo ta’ 19-il sena, żagħżugħ ta’ dixxendenza Maltija tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku f’Sydney, l-Awstralja.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu, meta Bartolo ħabat bil-karozza ma’ trakk f’Berkshire Park. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bartolo kien riekeb waħdu fil-karozza waqt li x-xufier tat-trakk ma ndarabx.
Bosta esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa fosthom qraba tiegħu li jgħixu f’Malta.