Kritika Ħarxa Għall-Portal Tal-Knisja Li Qed Tbeżża’ L-Anzjani Bil-Vaċċin Tal-Pfizer

 Kritika Ħarxa Għall-Portal Tal-Knisja Li Qed Tbeżża’ L-Anzjani Bil-Vaċċin Tal-Pfizer

Esperti mediċi esprimew id-diżapprovazzjoni tagħhom għall-mod kif is-sit tal-aħbarijiet tal-Knisja f’Malta qiegħed jimbotta fake news dwar il-vaċċin tal-kumpanija Pfizer kontra l-imxija tal-Covid-19.

Ir-rapport ippubblikat huwa bbażat fuq storja spekulattiva fin-Norverġja fejn ġie allegat li xi anzjani setgħu mietu kawża tal-vaċċin. Madankollu m’hemm ebda evidenza xjentifika li dan huwa minnu. Għall-kuntrarju jidher ċar li l-għadd ta’ mwiet f’diversi pajjiżi, inkluż f’Malta ta’ anzjani kawża tal-Covid-19, beda jirreġistra tnaqqis bis-saħħa tal-għoti tal-vaċċin.

Fl-aġġoranament mediku tagħha ta’ kull ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħeġġet lil anzjani biex jilqgħu l-istedina li qed issirilhom biex jieħdu l-vaċċin u spjegat fid-dettal li s-side effects li qed ikollu dan il-vaċċin huma l-istess bħal kull vaċċin ieħor.

Intant l-istorja fil-portal tal-Knisja wasslet ukoll għal reazzjoni minn bosta infermiera. “Huwa xokkanti kif il-portal tal-Knisja spiċċa ta’ periklu għas-saħħa tal-anzjani. Flok ma jħeġġu lil anzjani biex jieħdu l-vaċċin biex isalvaw ħajjithom, spiċċaw huma wkoll midja li timbotta l-fake news b’konsegwenzi serji mhux biss fuq is-saħħa tal-anzjani iżda wkoll tagħna l-professjonisti”, temmet tgħid infermiera ma’ dan is-sit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com