Il-FEMA Tibdel Id-Deċiżjoni Dwar Ir-riżultat Tal-istudy Unit

 Il-FEMA Tibdel Id-Deċiżjoni Dwar Ir-riżultat Tal-istudy Unit

Il-bord il-ġdid tad-dixxiplina, immexxi mid-Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy,
il-Professur Frank Bezzina, ġie inkarigat sabiex jirrevedi d-deċiżjoni li jfallu iktar minn 250 student tal-ewwel
sena.

Il-membri l-oħra tal-bord kienu l-Viċi Dekan, il-Professur Vincent Cassar, u r-rappreżentant tal-istudenti, is-Sur Zane Camilleri.

Il-Fakultà ġiet f’pussess ta’ screenshots ta’ Facebook Messenger chat li tallega kollużjoni bejn numru ta’ studenti waqt l-eżami EMA1008: Quantitative Analysis for Business 1.

Dawk l-istudenti kollha li kienu involuti fic-chat ingħataw id-dritt għal smigħ billi setgħu jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fic-chat b’mod individwali.

B’dan il-mod, il-bord seta’ jiddetermina il-livell ta’ involviment ta’ kull student. Fil-każijiet fejn irriżulta li l-istudenti ftiehmu bejniethom, il-bord għamel twissija formali kontra din l-imġiba inaċċettabbli.

Dawn l-istudenti ġew ukoll penalizzati billi l-marki oriġinali tagħhom tnaqqsu skont il-gravità tal-kollużjoni tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com