L-Uffiċċju Tal-Avukat Tal-Istat Jgħid Li Artiklu F’The Times Hu Kompletament Żbaljat

 L-Uffiċċju Tal-Avukat Tal-Istat Jgħid Li Artiklu F’The Times Hu Kompletament Żbaljat

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ċaħad li b’xi mod intalab parir dwar il-proklama li talab Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu. Muscat huwa wieħed mill-allegati tliet eżekuturi fid-delitt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’Ottubru ta’ tliet snin ilu.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Istat għamel referenza għall-artiklu ppubblikat f’The Sunday Times of Malta taħt it-titlu ‘Daphne murder suspect wants reduced jail term’.

L-isqtarrija qalet li kemmm l-Avukat tal-Istat u kemm l-Uffiċċju tiegħu qatt ma kienu involuti b’xi mod fit-talba għall-proklama tas-Sur Muscat.

“Il-kwistjoni ma taqax fil-mansjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Fil-fatt, fl-ebda punt ma ntalab il-parir tal-Avukat tal-Istat fuq din il-kwistjoni”, temmet tgħid l-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com