Iħallina L-Kompożitur U Mużiċist Sammy Galea.

 Iħallina L-Kompożitur U Mużiċist Sammy Galea.

Għadha kif tħabbret il-mewt tal-kompożitur u mużiċista Sammy Galea fl-età ta’ 86 sena. Galea jibqa’ magħruf għall-kontribut li ta fix-xena lokali u ismu ser jibqa’ magħruf għall-karriera twila li fiha kiseb suċċessi flimkien ukoll mal-familja mużikali tiegħu.

Fl-2003, Sammy rebaħ il-Lifetime Achievement Award fil-Malta Music Awards u anke ħa Ġieħ il-Floriana mill-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Il-kanzunetta popolari ta’ Renato Micallef; Singing This Song li biha kien irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1975 fejn kiseb riżultat tajjeb, tibqa’ sinonima u marbuta tant b’għożża mal-memorja tiegħu.

Insellmu l-memorja ta’ Sammy Galea, minn Stradarjali.com filwaqt li nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha speċjalment lil martu Doreen.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com