Kampjonat Premier Ingliż – Għaxar Partiti Bejn Ilum u l-Ħamis

 Kampjonat Premier Ingliż – Għaxar Partiti Bejn Ilum u l-Ħamis

Bejn illum u nhar il-Ħamis li ġej jintlagħbu xejn anqas minn għaxar partiti mill-Kampjonat Premier Ingliż.

Illejla fil-19.00 Newcastle jittamaw li joħorġu mill-kriżi li jinsabu fiha meta f’St. James Park jilqaw lil Leeds United. Fl-stess ħin f’Selhurst Park, Crystal Palace jilgħabu kontra West Ham United.

Żewġ partiti interessanti oħra jintlagħbu fil-21.15 meta West Bromwich Albion jilqaw f’darhom lill-Manchester City filwaqt li Southampton jilgħabu kontra Arsenal. Rebħa għac-City terġa t-tellahom fl-ewwel post tal-klassifika. Fil-partita l-oħra t-tim ta’ Arteta ser jippruvaw jpattu għad-diżżapunt tat-tmiem il-ġimgħa meta kontra lis-stess tim, huma ġew eliminati mill-FA Cup.

Għada program ta’ ħames partiti:-

19.00     Burnley vs Aston Villa

19.00     Chelsea vs Wolves

20.30     Brighton & Hove Albion vs Fulham

21.15     Everton vs Leicester City

21.15     Man. Utd vs Sheffield Utd.

Il-qofol tal-20 ġurnata mill-Kampjonat Premier Ingliż jintlaħaq nhar il-Ħamis li ġej bil-partitissima bejn Tottenham u Liverpool fil-21.00.

 

Ritratt: Skysports.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com