Martina Grech Tgħid Li Bernard Grech Iddedika Biss 25 Minuta Għall-Parlament Taż-Żgħażagħ

 Martina Grech Tgħid Li Bernard Grech Iddedika Biss 25 Minuta Għall-Parlament Taż-Żgħażagħ

Martina Grech, kunsilliera fil-lokal ta’ Ħal Qormi u anki parteċipanta u ko-ordinatriċi tal-Parlament taż-żgħażagħ, qalet li din is-sena l-Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ lill-parteċipanti għal-laqgħa virtwali li damet biss 25 minuta.

F’kumment pubbliku, Grech qalet li “dawk iż-żgħażagħ li ħadu sehem f’edizzjonijiet passati tal-Parlament taż-żgħażagħ jifhmu li wara x-xogħol kollu li jsir matul is-sajf sabiex jippreżentaw reżoluzzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż inkunu bi ħġarna sabiex nippreżentaw ir-reżoluzzjoniet tagħna lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Prim Ministru”.

Hija esprimiet id-diżappunt tagħha lejn il-fatt li l-laqgħa li kellhom mal-Kap tal-Oppożizzjoni ntemmet ħesrem u ma tathomx iċ-ċans li jitkellmu dwar ir-reżoluzzjonijiet tagħhom fil-fond, filwaqt li qalgħet li l-laqgħa mal-Prim Ministru damet għaddejja sagħtejn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com