Sliema W. Taħt Attakk Minħabba l-Pagi.. “Hemm Players M’għandhomx Għaxja ta’ Lejla” – MFPA

 Sliema W. Taħt Attakk Minħabba l-Pagi.. “Hemm Players M’għandhomx Għaxja ta’ Lejla” – MFPA
Skont l-MFPA saħansitra hemm players ta’ Sliema Wanderers li m’għandhomx għaxja ta’ lejla.
Forsi dikjarazzjoni qawwija meta nafu l-ħajja komda li normalment player tal-futbol jgħix, iżda hu x’inhu l-każ anke jekk int l-akbar sinjur fid-dinja huwa kkundannabbli u tal-mistħija li ma’ titħallasx ta’ xogħlok speċjalment jekk ikun hemm ftehim bil-miktub imsejjaħ kuntratt bejn iż-żewġ naħat.
L-MFPA tgħid li l-klabb Slimiż qed jikser b’mod sfaċċat l-obbligi kuntrattwali mal-players u l-kowċis tal-klabb li ilhom diversi xhur ma’ jitħallsu.
Jingħad li numru ta’ players tal-klabb għadhom qas ħadu one cent paga dan l-istaġun, b’oħrajn li ilhom ma’ jitħallsu saħansitra minn meta faqgħet il-COVID qabel Marzu li għadda.
L-MFPA tistqarr, “Huwa għal kollox irresponsabbli u inaċċettabli li klabbs jitħallew joffru kuntratti ġodda u jew jitħallew jikkompetu meta jkollhom pendenzi kbar minn staġuni ta’ qabel.
“Id-due diligence mhux qed isir sew min-naħa ta’ min qed imexxi, mhux qed jiġi żgurat li l-obbligi kuntrattwali jiġu osservati”, temmet tgħid l-MFPA.
Din il-paġna tista tikkonferma li Oscar Linton Bethancourt huwa wieħed minn fost numru ta’ plejers li ser jħallu lill-klabb f’din it-tieqa ta’ trasferimenti. Dan il-plejer mill-Panama ser jkun qed jieħu madwar Eur 35,000 f’kumpens. Ċifra oħra kbira li l-Wanderers iridu jħallsu hija dik tal-attakant Olandiż Sylvano Comvalius. Minn informazzjoni li għanda din il-paġna l-plejer ser jkun qed jieħu xejn anqas minn Eur 140,000 f’kumpens minħabba li ilu żmien twil ma jitħallas.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com