Hamrun Spartans Jħallu Timbru Internazzjonalment

 Hamrun Spartans Jħallu Timbru Internazzjonalment

L-aħħar akkwist ta’ Hamrun Spartans, Seydou Doumbia, ħalla impatt qawwi fuq l-media internazzjonali hekk kif bosta ġurnali r-rappurtaw dan it-trasferiment mal-leaders tal-Kampjonat Premier Malta.

Ġurnali ewlenin fl-Italja, Franza u anke fil-Portugall tkellmu dwar l-għażla li għamel fl-aħħar jiem l-attakant ta’ 33 sena mill-Kosta tal-Ivorju.

Doumbia ser jkun qed iġib esperjenza vasta fit-tim tal-Spartans hekk kif tul il-karriera tiegħu lagħab ma’ bosta timijiet ewropej fosthom Roma, Newcastle United, Sporting Lisbon u Girona. L-aħħar klabb li lagħab miegħu Doumbia kienu FC Sion fl-għola diviżjoni tal-futbol Svizzeru.

Din il-paġna tinsab infurmata li r-reġistrazzjoni tiegħu daħlet għand l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol u b’kull probabilita l-plejer jagħmel id-debut tiegħu fil-ġranet li ġejjin.

 

Ritratt: Matthew Mirabelli / Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com