L-UE Tapprova L-Vaċċin Ta’ Oxford/AstraZeneca

 L-UE Tapprova L-Vaċċin Ta’ Oxford/AstraZeneca

L-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea, ħabbret li l-vaċċin ta’ Oxford/AstraZeneca kontra l-coronavirus huwa sigur u effikaċi biżżejjed biex jingħata lil adulti ta’ tmintax-il sena ‘l fuq.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tapprova uffiċjalment dan il-vaċċin fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ miżura ta’ emerġenza.

Kumitat ta’ xjentisti Ġermaniżi qalu li ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed biex jiġi assigurat li dan il-vaċċin huwa tajjeb għal persuni li għandhom 65 sena jew aktar. Ir-Renju Unit approva dan il-vaċċin fl-aħħar ta’ Diċembru li għadda permezz ta’ miżura ta’ awtorizzazzjoni ta’ emerġenza applikabbli għal persuni minn 18-il sena ‘l fuq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com