Għadu Jissielet Għal Ħajtu Wara Ħabta Kerha Bil-Mutur Fi Triq il-Kosta
Taljan ta’ 42 sena għadu qiegħed jissielet għall-ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħdou kien involut f’ħabta bil-mutur fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin għoxrin meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza tagħha u dik medika fi Triq Tul il-Kosta, inNaxxar direzzjoni lejn San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq mutur Honda SH150AD u kellu mpatt ma’ vann Toyota Hiace, misjuq minn raġel ta’ 51 sena, residenti San
Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.