BOV Premier – Statistika u analiżi wara MD18.. u l-logħob li jmiss
RITRATT – Domenic Aquilina
Tmien partiti oħra fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, nifs għal Balzan fit-taqtiegħa kontra r-relegazzjoni wara rebħa komda 4-1 fuq Mosta, anke Sliema W. waqfu serje negattiva b’rebħa fl-aħħar ħinijiet 1-0 fuq Santa Lucia.
Lija Athletic u Senglea Athletic aktar viċin il-kundanna b’telfiet kontra Birkirkara u Ħamrun Spartans rispettivament.
Ħamrun rebħa minima 1-0, xejn konvinċenti iżda biżżejjed biex kisbu r-raba’ suċċess mill-aħħar ħames ħarġiet, jibqgħu favoriti għar-rebħ tat-titlu, iżda jsegwuwhom hemm Hibernians u Gżira United li b’rebħiet identiċi ta’ 2-0 żammew il-pass u ħajja l-isfida għar-rebħ tal-Kampjonat.
Ta’ Raħal Ġdid għelbu lill-ġirien Tarxien Rainbows, fil-logħba prinċipali b’goal f’kull taqsima l-Ħadd, Gżira United għelbu lil Valletta.
Valletta u Floriana d-diżappunt tal-istaġun sa issa, l-bidla fil-kowċ għal Valletta sa’ issa ma’ ħalliet l-ebda effett, Floriana tilfu 2-1 ma’ Sirens, issa verament iċ-Champions iridu jibdew jinkwetaw mill-biża tar-relegazzjoni, bejn il-Ħadd u t-Tnejn kienu għaddejjin manuvri biex jinbidlu xi ndividwi fil-kumitat b’Johann Said li qed jingħad li jista’ jirritorna fit-tmexxija bħala President u probabbilment miegħu se jdaħħal nies ġodda u tal-fiduċja tiegħu.
Finalment kelma ta’ tifħir għal Żejtun Corinthians li b’rebħa 1-0 fuq il-ġirien Gudja United għamlu pass importanti lejn it-tragward tas-salvazzjoni, kampjonat mill-aqwa sa issa għaż-Żwieten, kull logħba mpressjonaw, ġili ukoll kienu msawta mid-deċiżjonijiet tar-referees f’ċerti logħbiet, iżda Orosco Anonam bħala kowċ qed jagħmel biċċa xogħol fid-direzzjoni t-tajba lejn l-ambizzjonijiet tal-klabb li jżomm postu f’dan l-ewwel staġun mal-kbar għal Żejtun Corinthians.
Logħob li jmiss :-