Malti Arrestat Fl-Italja Dwar Traffikar Ta’ Għasafar Illegali

 Malti Arrestat Fl-Italja Dwar Traffikar Ta’ Għasafar Illegali

Albert Satariano, Malti ta’ 68 sena ġie arrestat fl-Italja hekk kif kien qiegħed isuq vann li fih kien qiegħed iġorr mal-elf għasfur protett. Hu mifhum li Satariana jagħmel parti minn ċirku ta’ traffikar ta’ għasafar tal-għana.

Rapporti fil-midja Taljana qalu li l-għasafar instabu f’kaxxi li kienu moħbijiet f’kompartament fuq wara tal-vann.
Satariano kien issemma’ bosta drabi f’konverżazzjonijiet irrekordjati li kienu ssemmgħu f’każ fil-qorti fl-Italja lura fl-2018.

F’Diċembru ta’ tliet snin ilu, il-qorti Taljana sabet tmien persuni ħatja dwar ċirku ta’ traffikar ta’ għasafar. Il-Malta qatt ma ġie akkużat b’rabta ma’ dan il-każ.

Dokumenti esebiti fil-qorti b’rabta ma’ dan il-każ juru li Satariano kien wieħed mill-aktar Maltin li kien jixtri għasafar mingħand dawn it-tmien persuni li bejniethom intbagħtu 20 sena ħabs.

Dan il-każ ġie rrapportat b’mod estensiv f’investigazzjoni li kienet saret minnn National Georgraphic dwar kummerċ ta’ għasafar illegali bejn Malta u l-Italja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com