Wara 26 Sena Mit-Traġedja: “Sibt Kuraġġ U Mort Għamilt Il-Fjuri Fejn Sploda L-Vapur”

 Wara 26 Sena Mit-Traġedja: “Sibt Kuraġġ U Mort Għamilt Il-Fjuri Fejn Sploda L-Vapur”

Għada huwa s-26 anniversarju mit-traġedja tal-Um El Faroud, il-vapur li kien sploda u mietu 9 persuni waqt li l-vapur kien għat-tiswija f’baċir numru 3 fit-Tarzna f’Bormla.

Bint wieħed mill-vittmi ta’ din it-traġedja, Mary Grace Sciberras, llum kitbet li marret tpoġġi bukkett fjuri fil-post tat-traġedja wara li sabet il-kuraġġ li tmur għall-ewwel darba fil-post tat-traġedja 26 sena wara.

Dakinhar 7 persuni mietu mal-isplużjoni, George Aquilina, 24, Charles Callus, 46, Mario Hales, 39, Simon Mifsud, 26, Simon Pisani, 22, Angelo Sciberras, 51, u Anthony Vassallo. Paul Seguna, 37, u George Xuereb, 58, mieta konsegwenza tal-ġrieħi li ġarrbu aktar tard fl-Isptar San Luqa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com