“Kien Se Jibgħatni D-Dinja L-Oħra Wara Li Tabib Nesa Garża Fiċ-Ċesarja”
Omm li welldet it-tarbija tagħha ftit tal-jiem qalet li kienet fil-periklu li titlef ħajjitha wara li t-tabib tagħha nesa garża ġo fiha waqt operazzjoni ta’ ċesarja.
Il-mara qalet li dak kellu jkun l-isbaħ żmien ta’ ħajjitha spiċċa wieħed mill-agħar żmien ta’ ħajjitha minħabba allegata traskuraġni u negliġenza tat-tabib li “kont nafda b’għajnejja magħluqa”.
Minflok qalet li spiċċat tiġġieled għal ħajjitha mingħajr ma taf kemm kienet qrib li tmur id-dinja l-oħra. Qalet li kieku ma kienx għall-intervent f’waqtu tal-midwife li marret taraha d-dar u għarfet l-istat li kienet fih u ħasset il-weġgħa tagħha meta bdiet tgħidilha “qed inħossni qed immut” u ċemplitli l-ambulanza kieku minix hawn.
Allegat li l-istess kliem qalitlu lill-gynae iżda baqa’ jinsisti biex ma tmurx l-isptar għx kulma kellha “infection fl istonku”.
Qalet li minn hemm bdiet ġlieda kontra l-ħin mit-team straordinarju ta’ tobba f’Mater Dei, team tal-ambulanza, tal-emerġenza, gynae u radiologists fejn minn CT SCAN ħareġ li waqt iċ-ċesarja li saert f’Għawdex, it-tabib nesa garża ta’ qies 7.6 x5.3x7cms fl-imsaren tagħha.
B’riżultat ta’ dan qalet li l-imsaren waqfu jaħdmu u bdew jivvalenawha.
“Kelli nidħol għal operazzjoni biex ineħħuli l-garża fi ftit minuti ħabba r-riskju li kienet fih…. għall-iżball ta’ wiehed – għamlu tajjeb għalih ħafna tobba u staff mediku ieħor b’mod speċjali l-Professur Muscat Baron u Dr Igor li mexxew l-operazzjoni ma’ team serju f’Mater Dei.
Il-mara sostniet li l-operazzjoni kienet suċċess imma it-triq tal-fejqan hija twila u ta’ ħafna wġigħ u fadallu għaddej.
“Filli narmi s-saħħa u filli spiċċajt ma jien kapaċi nagħmel xejn waħdi, niddependi fuq kulħadd u kollni pajpijiet u mediċina. Spiċċajt mifruda minn żewġi, minn ibni u mill-familji tagħna. Spiċċajt inħoss il-biża’ tal-mewt u l biża’ li qatt mhu ha nħaddan lil ibni miegħi u nħallih bla omm”, qalet il-mara.
Hija temmet tirringrazzja lit-im ta’ Dr Max Dingli li segwew il-fejqan tagħha ta’ kuljum u li kienu strumentali fl-irkupru tagħha.