Pazjenti Li Se Jmorru Għall-Kura Barra Minn Malta Se Jingħataw Il-Vaċċin…
Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne illum fil-Parlament ħabbar li pazjenti li se jmorru għall-kura barra minn Malta minn għada se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-COVID-19 qabel imorru għall-kura.
Dan il-proċess se jkun organizzat mill-Isptar Mater Dei stess u l-pazjenti se jkunu kkuntattjati minn Mater Dei stess.