Stqarrija uffiċjali Floriana FC – Johann Said lura fil-kumitat.. miegħu Matthew Carbone

 Stqarrija uffiċjali Floriana FC – Johann Said lura fil-kumitat.. miegħu Matthew Carbone
L-aħbar kienet fl-arja iżda issa hija konfermata wara komunikat uffiċjali maħruġ minn Floriana FC li kkonfermaw li l-eks President Johann Said flimkien ma’ Matthew Carbone ġew co-opted bħala membri ġodda fil-kumitat tal-Greens.
Said u Carbone servew fil-klabb fl-imgħoddi iżda issa ilhom xi snin barra mill-kumitat.
Kienu t-tnejn strumentali fis-sena 2011 meta wara ħafna snin Floriana rebħu unur maġġuri meta b’rebħa 1-0 fil-finali fuq ir-rivali Valletta, kienu rebħu l-FA Trophy.
Sadanittant Floriana FC ħabru ukoll li l-Viċi President Peter Agius mhux se jservi aktar bħala Team Manager b’effett immedjat.
Il-kumitat ta’ Floriana xtaq jirringrazzja lil Agius li fl-aħħar snin ta qalbu għal dan il-klabb bil-kontribut siewi tiegħu u nies oħrajn li anke wasslu għal diversi unuri fosthom ir-rebħ tas-26 Kampjonat għal Floriana l-istaġun li għadda – 2019/2020.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com