Inizjattiva ‘Aqsam Ma’ Ħaddieħor’ Fil-Kalkara…
Ħafna huma dawk li fir-residenzi tagħhom ikabbru l-larinġ u l-lumi. L-istess fil-Kalkara u għaldaqstant ftit tal-jiem ilu s-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina għamel sejħa għal dawk li jkabbru larinġ u lumi fil-Kalkara stess, biex jekk jixtiequ u jgħaddu xi frott lil ħaddieħor.
Minn hemm ġiet l-idea tal-inizjattiva ”AQSAM MA’ ĦADDIEĦOR”. Filfatt is-SIndku ġie kkuntatjat min-numru ta’ residenzi fil-Kalkara li urew ix-xewqa li jgħaddu larinġ u lumi lil ħaddieħor.
Fost dawn kien hemm il-Patrijiet tal-Kapuċċini li għandhom il-ġonna tagħhom mal-kunvent li jinsab fil-Kalkara Stess. Grazzi għal ħafna frott li l-patrijiet għaddew lis-Sindku, dan il-frott seta’ jitgawda minn ħaddieħor, fil-Kalkara stess.
Il-Larinġ u l-lum tqassam fost residenzi u familji fil-bżonn u anzjani li forsi f’dawn iż-żminijiet mhux joħorġu minn djarhom. Fost dawk li ngħataw xi larinġ u lumi, kien hemm ukoll ir-residenti ta’ Dar il-Wens, dar għall-persuni b’abbiltajiet differenti li tinsab fil-Kalkara stess.
Is-Sindku Wayne Aquilina stqarr magħna li din hija inizjattiva ta’ ġest sempliċi li tgħaqqad il-kommunita Kalkariza u turi s-sens ta’ gratitudini li dan ir-raħal iħaddan. Iħares ‘l quddiem biex din l-inizjattiva tidħol fil-kalendarju ta’ inizjattivi li kemm ilu sindku huwa ittieħdu fir-raħal sabiħ tal-Kalkara