Tarxien Jirbħu Filwaqt li Balzan Ġew Miżmuma
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Tarxien Rainbows għelbu lil Sirens 3 – 0, f’logħba l-immaterjalizzat fit-tieni taqsima.
Kien Henrique Leonardo Ferreira li poġġa lir-Rainbows fil-vantaġġ fil-51 minuta bl-stess plejer jagħmilhom tnejn seba minuti wara. Tarxien baqqaw izidu u ma ftit aktar minn siegħa logħob huma ingħataw penalty li minnhu Vito Plut ma falliex għal 3 – 0. Fil-88 minuta Tarxien ingħataw penalty ieħor pera l-konklużjoni ta’ Ivan Paz ġiet salvata mill-goalkeeper Entonjo Elezaj.
It-tim minn San Pawl il-Baħar wettqu reazzjoni tard wisq meta fil-90 minuta Lamin Bittaye naqqas id-distakk biex it-tim ta’ Tarxien akkwistaw tlett punti importanti fil-ġlieda tagħhom kontra r-relagazzjoni.
Intant fl-ewwel partita fil-Hibernians Stadium draw ta’ 1 – 1 bejn Lija Athletic u Balzan. Kien Balzan li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Aleksa Andrejic biex Manuel Carlos Flores fil-31 minuta ġab id-draw għal Lija. Skor Finali Lija 1 Balzan 1.
Ritratt: MFA