Coppa Italia – Tispikka T-Tieni Leg Bejn Juventus u Inter
Illum jibda jintlagħab il-logħob mit-tieni leg tas-semi finali tal-Coppa Italia fejn bla dubju tispikka l-partita bejn ir-rivali Juventus u Inter. Juventus rebħu barra minn darhom fl-ewwel leg tas-semi finali 2 – 1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo filwaqt li Lautaro Martinez skorja għal Inter.
Andrea Pirlo mistenni li jħalli lid-difensur Giorgio Chiellini fuq il-bank sabiex jkun mija fil-mija għal partita tat-tmiem il-ġimgħa kontra Napoli. Anke Arthur u Alvaro Morata mistennija li jitilfu l-konfront importanti tal-lum.
Romelu Lukaku u Achraf Hakimi li kienu sospiżi fl-ewwel leg ser jirritornaw għal Antonio Conte filwaqt li Arturo Vidal u Alexis Sanchez ser jkunu sospiżi.
Juventus kontra Inter tibda fil-20.45.
Għada jkollna t-tieni leg tas-semi finali l-oħra fejn Atalanta jilqaw f’darhom lil Napoli wara d-draw ta’ mingħajr gowls fl-ewwel leg.
Ritratt: CBS Sports